Tennis
Tennis: Fognini u Shapovalov jgħamluha mill-ewwel round fl-Open ta’ Ruma

It-Taljan Fabio Fognini kellu bidu tajjeb fl-Open ta’ Ruma meta rnexxielu jegħleb lil Jo-Wilfried Tsonga. Is-seed numru 10, li huwa wieħed mill-favoriti minħabba li qiegħed jilgħab f’pajjiżu, għeleb lis-seed numru 5 f’żewġ sets, 6-3 6-4.

Anke Denis Shapovalov għamilha għat-tieni round meta għeleb lil Pablo Carreno Busta 6-3 7-6(5). Għal Busta dan kien diżappunt kbir meta fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet huwa kien wasal sal-kwartifinali ta’ dan l-Open. Avolja rnexxielu jagħmilha mill-ewwel round, il-Kanadiż għandu għadma iebsa ħafna fit-tieni wieħed, meta issa ser jilgħab kontra s-seed numru 1, Novak Djokovic.

Fit-tieni round ser jibda wkoll l-Ispanjol Rafael Nadal li għalkemm s’issa xejn ma kellu sena pożittiva, qiegħed jemmen li f’Ruma jista’ jmur aħjar u forsi jkun hawnhekk li jirbaħ l-ewwel titlu tiegħu tal-2019.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-Serb Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni…

Tennis

Tennis, fl-Open ta’ Ruma kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3, 6-4 sabiex rebħet dan l-Open. Pliskova li hi mir-Republika Ċeka ma tilfitx…

Tennis

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic xejjen l-isfida ta’ Stefanos Tsitsipas u fil-finali rebaħlu 6-3 6-4. Fl-Open ta’ Madrid is-Serb kien fl-aqwa tiegħu biex b’hekk rebaħ it-33 Masters tiegħu u laħaq…

Tennis

Il-ħames darbiet champion tal-Open ta’ Madrid, Rafael Nadal, għadda għall-kwartifinali meta għeleb lil Frances Tiafoe. L-Ispanjol rebaħ lill-Amerikan f’żewġ sets, 6-3 6-4, biex issa jiltaqa’ ma’ Stan Wawrinka fil-kwartifinali. Anke…

Aktar