X

Tennis: Francesca Curmi fil-US Open Juniors

Tennis: It-Tennista żagħżugħa Maltija Francesca Curmi, li bħalissa tinsab irrankjata fit-58 post fiċ-ċirkwiet tal-Juniours se tkun qed tilgħab fi Grand Slam ieħor it-tielet wieħed għaliha din is-sena hekk kif se tikkompeti fi New York fil-US OPEN tal-Juniours.

Curmi mistenmija tkun fl-azzjoni nhar il-Ħadd fl-ewwel logħba għaliha fil-main round li fih hemm 64 player.

Ta’ 16 -il sena Curmi diġa fil-passat ikkwalifikaw għal main rounds tal-Junior ITF fir-Roland Garros kif ukoll f’Wimbledon.