Tennis
Tennis: Francesca Curmi titlef fid-debutt fil-main round tal-US Open Junior Tennis Championships

Tennis: It-tennista żagħżugħa Maltija Francesca Curmi tilfet fid-debutt tagħha fil-main round tal-US Open Junior Tennis Championships li qed isiru fi New York l-Istati Uniti.

Curmi tilfet f’żewġ sets 6-3 u 6-4 kontra l-Amerikana rrankjata numru 17 fil-kategorija tfajliet Juniours Lea Ma.

Francesca Curmi, bħalissa tinsab irrankjata fit-58 post fiċ-ċirkwiet tal-Juniors. Ta’ 16 -il sena Curmi diġa’ fil-passat ikkwalifikaw għal main rounds tal-Junior ITF fir-Roland Garros kif ukoll f’Wimbledon.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Fl-ATP Finals li qegħdin isiru f’Londra, ilbieraħ fl-O2 Arena, Roger Federer għeleb l-isfida ta’ Dominic Thiem f’żewġ sets u għadda għar-rawnd li jmiss. Federer rebaħ is-sets 6-2, 6-3, u b’hekk…

Tennis

Is-Serb Novak Djokovic ipproduċa waħda mill-aqwa logħbiet tiegħu biex għeleb lil John Isner f’żewġ sets, 6-4, 6-3. Din kienet l-ewwel logħba tagħhom fl-ATP Finals li qegħdin isiru f’Londra, f’tournament li…

Tennis

Tennis, ATP Tour Finals: Rafa Nadal irtira mit-tournament tal-ġimgħa li ġejja li mistenni jsir f’Londra l-ġimgħa d-dieħla minħabba problemi fil-muskoli fl-abdominali biex jiġri x’jiġri issa hu assigurat li Novak Djokovic…

Tennis

Novak Djokovic għeleb lil Kevin Anderson fil-kwartit tal-finali b’sets ta’ 7-6 u 6-3 biex għadda għas-semifinali u issa jrid jilgħab kontra Alexander Zverev li min-naħa tiegħu għeleb lil Kyle Edmund…

Aktar