Tennis
Tennis – Francesca Curmi titlef fil-finali fit-Tuneżija kontra Weronika Falkowska

Iż-żagħżugħa Maltija ta’ 18-il sena, Francesca Curmi, tilfet fil-finali tal-Futures Event fit-Tuneżija meta kienet megħluba mill-Pollakka Weronika Falkowska, żewġ sets għal xejn.

Falkowska għelbet lil Curmi 6-2, 6-0, bit-tennista Maltija titlef fil-finali ta’ Monastir, wara li fis-semifinali kienet għelbet lil Morvayova 7-6, 6-3.

Din kienet l-ewwel darba li tennista Maltija spiċċat fil-finali ta’ kompetizzjoni simili. Għal Curmi ma kenitx kompetizzjoni faċli meta kellha tilgħab żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni, l-ewwel kontra Dmitruk tal-Belarus imbagħad kontra Gavrila tar-Rumanija.

Fil-kwartifinali Francesca Curmi għelbet l-isfida tal-Ġappuniża Ushijima f’żewġ sets, 6-4, 6-1.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA