Tennis
Tennis: Ikkanċellati t-tournaments tal-ATP u d-WTA fiċ-Ċina minħabba l-pandemija

Kemm l-ATP kif ukoll id-WTA ikkanċellaw il-logħob kollu tat-tennis li kellu jsir fiċ-Ċina din is-sena wara li l-gvern tal-pajjiż waqqaf attivitajiet internazzjonali milli jsiru minħabba l-pandemija tal-Covid-19. L-Amministratur Ġenerali tal-Isport fiċ-Ċina qal li l-uniċi attivitajiet li ser jitħallew isiru huma dawk relatati mal-Olimpjadi tax-Xitwa li ser isiru f’Beijing fl-2022.

L-amministrazzjonijiet tal-ATP u d-WTA kienu qed jittamaw li t-tournaments tagħhom jitħallew isiru, u dan sabiex jilagħbu kemm jistgħu fi staġun li ilu sospiż ix-xhur. Id-WTA kellhom ippjanat li jorganizzaw seba’ tournaments fiċ-Ċina fl-aħħar ħames xhur tal-2020, filwaqt li l-ATP kellhom jikkanċellaw erba’ tournaments kbar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3. Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36…

Simona Halep rebħet l-Open tal-Italja wara li għelbet lis-seed numru tnejn Karolina Pliskova, b’tal-aħħar ikollha tirtira mil-logħba fit-tieni sett. Halep kienet b’saħħitha ħafna fl-ewwel sett tant li rebħitu 6-0, u…

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic rebaħ il-ħames titlu personali tal-Open tal-Italja meta t-Tnejn għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman fil-finali 7-5, 6-3. Dan kien is-36 unur tas-Serb fl-ATP Masters, rekord assolut tal-aqwa…

Aktar