Tennis
Tennis: Il-biljetti tad-dħul tal-Open ta’ Franza se jitħallsu lura

Il-biljetti kollha li nxtraw mill-partitarji biex jidħlu fil-courts isegwu l-partiti tal-Open ta’ Franza tat-tennis se jkunu kkanċellati.

Il-partitarji se jkunu qed jitħallsu ta’ flushom lura.

L-organizzaturi qalu li peress li t-tournament xi pospost b’erba’ xhur u għad m’hemmx data possibbli meta jista’ jsir, il-flus se jitħallsu kollha lura lil min xtara.

It-tournament kellu jintlagħab bejn l-24 ta’ Mejju u s-7 ta’ Ġunju u kien ġie pospost għall-20 ta’ Settembru.

L-organizzaturi qalu li qed jitkellmu mal-Assoċjazzjoni Dinjija tat-tennis biex isibu data oħra possibbli.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Tennis

Il-leġġenda Martina Navratilova, meqjusa bħala waħda mill-aqwa tennisti femminnili fl-Istorja, qalet li Coco Gauff hi tennista b’potenzjal li tista tibdel id-dinja għall-aħjar. It-tennista żagħżugħa Amerikana kellha diskors b’saħħtu ħafna waqt…

Tennis

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan…

Tennis

Maria Sharapova, waħda mill-aqwa tennisti femminili fid-dinja f’dawn l-aħħar snin, ħabret li rtirat mill-karriera professjonali tagħha. Ir-Russa ta’ 32 sena kellha karriera brillanti b’36 titlu WTA u kienet damet 21…

Aktar