Tennis
Tennis: Il-Pollakk Hubert Hurkacz jirbaħ l-Open ta’ Miami

Il-Pollakk Hubert Hurkacz rebaħ l-Open ta’ Miami meta fil-finali għeleb lit-Taljan Jannik Sinner b’sets ta’ 7-6 u 6-4.

Il-Pollakk ta’ 24 sena kien aħjar minn Sinner li kellu tournament mill-aqwa, meta fl-età ta’ 19-il sena rnexxielu jasal sal-finali.

Hurkacz sar l-ewwel Pollakk li qatt rebaħ tournament ATP Masters.

Il-Pollakk kellu bżonn siegħa u 43 minuta biss biex jegħleb lit-Taljan.

Bir-rebħ ta’ dan l-Open, Hurkacz se jitla’ mal-ewwel 20 tennist fil-klassifika tal-ATP, meta t-Tnejn jitla’ fis-16-il post.

Miktub minn...
TVM Sport