Sports Internazzjonali
Tennis – Ir-Russu Khachanov jagħmilha għall-kwartifinali

Tennis – Halle Open tal-Ġermanja. Ir-Russu Karen Khachanov fit-tieni round tat wirja mill-aqwa biex rebaħ lill-Ġappuniż Kei Nishikori 6-2, 6-2. Ir-Russu ta’ 22 sena kellu bżonn ftit aktar minn siegħa biex għeleb lis-seed numru sebgħa, u din kienet l-għoxrin rebħa tiegħu f’dan l-istaġun u l-ħames waħda fuq tennisti li jkunu fl-ewwel 30 post fir-rankings dinjija. Nhar il-Ġimgħa li ġej, ir-Russu Khachanov se jilgħab kontra l-Ispanjol Roberto Bautista Agut fil-kwartifinali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skont l-eks President tal-Ferrari, Luca di Montezemelo, li kieku Lewis Hamilton kien qiegħed isuq mal-Ferrari, allura l-Kampjonat tal-Kostrutturi tal-2018 kienet tirbħu l-iScuderia. Filwaqt li qal li l-Brittaniku kien ħaqqu li…

Sports Internazzjonali

Illum intefgħu żewġ nomini, waħda ta’ Stokkolma u l-oħra konġunta bejn il-bliet ta’ Milan u Cortina D’Ampezzo sabiex jospitaw l-Olimpjadi tax-Xitwa 2026. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kważi għaddej minn kriżi wara…

Formula 1

Żgur li s-segwaċi tal-Formula 1 jiftakru meta ftit tas-snin ilu, l-aħwa Schumacher kienu jtellqu ma’ timijiet differenti. Kien evidenti li Ralf Schumacher ma kienx tajjeb daqs ħuh Michael, imma l-Ġermaniż…

Sports Internazzjonali

Is-sewwieqa Ġermaniża ta’ Formula 3, Sophia Floersch, qalet li tirringrazzja lil Alla li baqgħet ħajja wara l-inċident gravi li kellha fil-Grand Prix ta’ Macau. It-tobba tal-isptar San Januario f’Macau qalu…

Aktar