Tennis
Tennis: Jibda l-ewwel rawnd tad-Delray Beach Open

Sam Querrey kellu bidu tajjeb wara li għeleb lill-Amerikan Mackenzie McDonald b’sets ta’ 6-3 u 6-4 fl-ewwel rawnd tad-Delray Beach Open.

It-tournament qed isir fi Florida fl-Istati Uniti.

Is-seed numru 5 fir-rankings mondjali Tommy Paul kellu ħames aces biex rebaħ b’mod konvinċenti lil Ji Sung Nam tal-Korea t’Isfel b’sets ta’ 6-1 u 6-4, f’partita oħra tal-ewwel rawnd.

Paul jilgħab fit-tieni rawnd kontra Sebastian Korda tal-Amerka stess li min-naħa tiegħu għeleb fl-ewwel rawnd lil Soon Woo Kwon b’sets ta’ 6-4 u 6-4.

It-Taljan Gianluca Mager għeleb lill-Amerikan Ryan Harrison fl-ewwel rawnd ukoll b’sets ta’ 3-6, 6-1 u 6-4.

Miktub minn...
TVM Sport