Tennis
Tennis: Jibdew jaslu l-plejers f’Melbourne għall-Open tal-Awstralja

Diversi plejers u kowċis bdew jaslu f’Melbourne għall-Open tal-Awstralja li se jibda fit-8 ta’ Frar li ġej.

Madwar 1,200 persuna, bejn plejers u coaching staff, huma mistennija jaslu fil-pajjiż għat-tournament li se jdum sejjer ġimgħatejn u jintemm fil-21 ta’ Frar.

L-Istat ta’ Victoria ħabbar li se jkun qed jimponi l-iktar miżuri u protokolli ibsien għal dawn il-persuni li se jkunu qed jaslu.

Kull min jasal fil-pajjiż għal dan it-tournament irid jiżola lilu nnifsu għal ġimgħatejn fil-kamra tal-lukanda u se jkollu permess biss joħroġ mil-lukanda għat-taħriġ.

Miktub minn...
TVM Sport