Tennis
Tennis: John Isner jitlef fi tliet sets kontra Sebastian Korda fid-Delray Beach Open

L-Amerikan John Isner tilef fi tliet sets kontra Sebastian Korda tal-Amerka stess fil-kwarti tal-finali tat-tournament Delray Beach Open.

Isner iddeċieda li ma jipparteċipax fl-Open tal-Awstralja tax-xahar id-dieħel għax ma riedx idum ‘il bogħod mill-familja tiegħu għal żmien twil.

Din l-aħbar ħarġet biha s-sit uffiċjali Tennis Majors.

Il-plejers li se jipparteċipaw fl-Open tal-Awstralja jridu josservaw 14-il ġurnata obbligatorja u se jkollhom permess biss biex joħorġu mil-lukandi tagħhom fl-ewwel ġimgħatejn għal ħames sigħat biss biex jitħarrġu.

Korda jmissu jilgħab fil-kwartit tal-finali kontra Cameron Norri tal-Ingilterra li min-naħa tiegħu għeleb lill-Amerikan Frances Tiafoe.

Miktub minn...
TVM Sport