Tennis
Tennis: Kohlschreiber iwettaq sorpriża kbira u jelimina lil Djokovic mill-BNP Paribas Open

Philipp Kohlschreiber wettaq sorpriża kbira u ħasad għal kollox lil Novak Djokovic b’sets ta’ 6-4, 6-4 fit-tielet rawnd tal-BNP Paribas Open.

Djokovic, seed numru wieħed tar-rankinfs mondjali, ma dehrx fil-forma solita tiegħu u beda jfalli ħafna blalen li normalment għalih ikunu faċli.

Il-Ġermaniż deher jifraħ bil-kbir hekk kif irrealizza li kien għadu kemm elimina lil Djokovic.

Rafa Nadal, is-seed numru 2, għeleb b’konvinzjoni lil Diegp Schwartzman tal-Arġentina b’sets ta’ 6-3, 6-1 biex wasal sal-aħħar 16 tal-kompetizzjoni.

Pole Hubert Hurkacz għeleb lil Kei Nishikori 4-6, 6-4 u 6-3 biex għadda għar-raba’ rawnd filwaqt li Denis Shapovalov kellu rebħa impressjonanti kontra Marin Cilic b’sets ta’ 6-4, 6-2.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Matthew Asciak u Matthew Cassar Toreggiani llum wara nofsinhar jiltaqgħu fil-finali tas-singles tal-irġiel fl-Open Tournamentt organizzat minn Birkirkara Tennis Club. Fis-semifinali tal-bieraħ Asciak għeleb lil Denzil Agius 6-1, 6-2, waqt…

Tennis

Kim Clijsters rebbieħa ta’ erba’ titli Grand Slam ħabbret li se tirritorna fix-xena agonistika wara li kienet irtirat seba’ snin ilu. Hi qalet li m’għandha ebda ambizzjoni speċjali ħlief li…

Sports Internazzjonali

It-teenager Bianca Andreescu ħasdet lil Serena Williams f’finali eċċitanti tas-single tan-nisa fl-Open tal-Istati Uniti biex rebħet l-ewwel titlu Grand Slam tagħha u ċċaħħad lill-Amerikana  minn rekord ta’ erbgħa u għoxrin…

International Sports

Rafael Nadal għadda għall-finali tal-Open tat-Tennis tal-Istati Uniti meta għeleb lit-Taljan Matteo Berrettini fi tliet sets. L-Ispanjol ta’ 33 sena, it-tieni seed fl-Open, ħelisha minn żewġ set points kontrih fl-ewwel set…

Aktar