Tennis
Tennis: L-Amerikana Sofia Kenin tirbaħ l-Open tal-Awstralja

L-Amerikana Sofia Kenin irkuprat tajjeb wara li marret minn taħt u rebħet il-finali tal-Open tal-Awstralja kontra Gabrine Muguruza b’sets ta’ 4-6, 6-2 u 6-2.

Kenin ta’ 21 sena, seed numru 14, approfittat mit-tieni match point biex rebħet dan il-Grand Slam.

Il-finali bejn Kenin u Muguruza kienet meqjusa waħda intensa u diffiċli biex it-tnejn li huma produċew spettaklu ta’ tennis fir-Rod Laver Arena.

Muguruza kienet waslet f’Melbourne issofri minn virus li kien ġiegħla tieqaf ħesrem waqt li kienet qed tikkompeti fil-Hobart International iżda xorta rkuprat biex telgħet mel-ewwel plejers femminili li jinsabu fir-rankings mondjali tat-tennis.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Parti mill-Billie Jean King National Tennis Center qiegħda tinbidel fi sptar temporanju bi 350 sodda għall-pazjenti infettati bil-coronavirus. Dan il-pass kellu jittieħed wara li r-riżorsi mediċi fil-belt ta’ New York…

Tennis

L-Iżvizzeru Roger Federer ingħaqad ma’ numru kbir ta’ persuni sportivi li qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Federer flimkien ma’ martu, taw donazzjoni ta’ miljun Frank Żvizzeru lill-familji vulnerabbli fl-Iżvizzera li…

Tennis

Tennis. Il-Women’s Tennis Association issospendiet l-attivitajiet tagħha sat-tieni ġurnata ta’ Mejju hekk kif il-pandemija tal-Coronavirus kompliet tħalli ħerba sħiħa fil-kalendarju sportiv mondjali. Kelliem għal din l-assoċjazzjoni qal li t-turnaments li…

Tennis

Il-finali tal-Federations Cup ġew posposti għal data li trid titħabbar aktar ‘il quddiem. Dawn il-finali kellhom isiru f’Budapest, l-Ungerija, ix-xahar id-dieħel, filwaqt li diversi playoffs kellhom jintlagħbu fi bliet differenti…

Aktar