Tennis
Tennis: L-Assoċjazzjoni Ewropea f’Malta għal-Laqgħa Ġenerali Annwali…tiltaqa’ mal-Prim Ministru

L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-tennis qed torganizza il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha f’Malta. Din hi t-tielet darba li l-Malta Tennis Federation irnexxielha ġġib f’pajjiżna avveniment ta’ tant importanza fil-kalendarju annwali tat-tennis Ewropej.

David Farrugia Sacco, President tal-MTF flimkien ma’ delegazzjoni tat-tennis Ewropej immexxija mill-President Vladimir Dimitirev, kellhom żjara ta’ kortesija għand il-Prim Ministru Joseph Muscat, fl-uffiċju tiegħu f’Kastilja.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ din is-sena qed tara l-ikbar numru ta’ parteċipanti bi 43 pajjiż minn 50 li qiegħed preżenti f’pajjiżna.

F’Malta hawn ukoll rappreżentanti tall-International Tennis Federation immexxija mill-President Dave Haggerty u l-Kap Eżekuttiv Kelly Fairweather.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer numru 11 tat-tennis mondjali Fabio Fognini ġei operat fl-għakiesi. It-tennista Taljan għamel din l-operazzjoni f’dan iż-żmien ta’ waqfa biex ifejjaq problema li kellu u li ilha fuqu snin. Fi…

Tennis

Is-seed numru 12 Petra Kvitova rebħet it-tournament organizzat fir-Repubblika Ċeka. Ir-rebħa kienet mistennija minħabba li Kvitova kienet l-aħjar tennista li pparteċipat. It-tournament sar fi Praga b’żewġ kategoriji, waħda tan-nisa u…

Tennis

Petra Kvitova għaddiet għar-round li jmiss f’tournament tat-tennis li qiegħed isir fir-Repubblika Ċeka. It-tennisti li qed jieħdu sehem huma kollha Ċeki u dan qiegħed isir sabiex bil-mod il-mod l-isportivi jkunu…

Tennis

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi…

Aktar