Tennis
Tennis: L-Open ta’ Franza pospost b’ġimgħa minħabba l-pandemija tal-COVID-19

L-Open ta’ Franza ta’ din is-sena ġie pospost b’ġimgħa minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Ir-Roland Garros se jkun qed jibda fit-30 ta’ Mejju minflok fit-23.

L-aħbar tawha l-Federazzjoni Franċiża tat-Tennis.

Is-sena li għaddiet, l-Open ta’ Franza kien pospost b’erba’ xhur u sar quddiem pubbliku limitat.

L-Open ta’ Franza mistenni jispiċċa fit-13 ta’ Ġunju, ġimgħatejn qabel it-tournament tant mistenni ta’ Wimbledon.

Din id-deċiżjoni sfurzata se tkun qed tħalli effett negattiv fuq il-kalendarju annwali tat-tennis, l-aktar fuq it-tournaments ta’ Hertogenbosch, Stuttgart u Nottingham.

Miktub minn...
TVM Sport