Tennis
Tennis: L-uffiċjal tal-Venezwela Armando Gonzalez sospiż għax ma rrapurtax il-korruzzjoni li kien jaf

L-uffiċjal tat-tennis mondjali tal-Venezwela, Armando Alfonso Belardi Gonzalez, ġie sospiż għal sentejn u nofs minn kull attività talli ma rrapurtax b’korruzzjoni li kien jaf biha.

Gonzalez waħel ukoll multa ta’ 5,000 dollaru mit-Tennis Integrity Unit talli fl-2018 kien avviċinat biex jidħol fi skema li tagħti riżultati foloz ta’ diversi tennisti, u li minnhom kienu se japprofittaw persuni li jilagħbu mħatri bi kwoti aktar għolja.

Gonzalez ma kienx aċċetta din l-offerta iżda nstab ħati li ma rrapurtax dawn il-każi.

It-TIU qalu wkoll li Gonzalez ma għinx ħafna fl-investigazzjoni li kienet qed tagħmel dwar dawn l-allegazzjonijiet li iktar tard ġew pruvati.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer Johanna Konta qalet li sofriet minn eċċitament żejjed f’qalbha waqt il-partita mit-Top Seed Open li lagħbet f’Lexington, f’Kentucky, ilbieraħ kontra Marie Bouzkova tar-Repubblika Ċeka u li tilfet 6-4, 6-4….

Tennis

Il-Franċiża Fiona Ferro saret l-ewwel tennista li rebħet WTA tournament fl-aħħar ħames xhur. Fil-finali tal-Palermo Ladies Open hija għelbet lil Anett Kontaveit 6-2, 7-5. Minn mindu tnaqqsu l-miżuri relatati mal-pandemija…

Tennis

Tennis: L-ex champions tal-Open tal-Istati Uniti, Andy Murray u Kim Clijsters ingħataw wild card biex ikunu jistgħu jikkompetu fl-edizzjoni tat-tournament ta’ din is-sena. Din l-aħbar ikkonfermawha l-organizzaturi stess. It-tournament se…

Tennis

Rafael Nadal qal li min jirbaħ l-Open tal-Istati Uniti xorta waħda ghandu jħossu rebbieħ ta’ Grand Slam anki jekk l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm diversi tennisti nieqsa. Nadal…

Aktar