Tennis
Tennis: Marin Cilic jgħid li hu bla valur li tirbaħ l-Open tal-Istati Uniti mingħajr partitarji

It-tennista mill-Bożnija u l-Herzegovina Marin Cilic qal li min jirbaħ l-Open tal-istati Uniti mingħajr partitarji jsegwuh se tkun mingħajr valur ta’ xejn.

Cilic qal li jekk fil-finali tal-Arthur Ashe mhux se jkun hemm partitarji jsegwu se tibqa’ mfakkra bħala finali tal-Grand Slam b’asterisk kbira.

L-istaġun tat-tennis kellu jitwaqqaf f’Marzu minħabba l-pandemija tal-coronavirus u dan l-isport mhux se jkompli minn tal-inqas qabel Awwissu li ġej.

L-Open tal-Istati Uniti skedata li tibda fil-31 ta’ Awwissu u l-organizzaturi qed jaħdmu fuq xenarju differenti biex jintlagħab it-tournament, inkluż dik li jsir mingħajr partitarji.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer numru 11 tat-tennis mondjali Fabio Fognini ġei operat fl-għakiesi. It-tennista Taljan għamel din l-operazzjoni f’dan iż-żmien ta’ waqfa biex ifejjaq problema li kellu u li ilha fuqu snin. Fi…

Tennis

Is-seed numru 12 Petra Kvitova rebħet it-tournament organizzat fir-Repubblika Ċeka. Ir-rebħa kienet mistennija minħabba li Kvitova kienet l-aħjar tennista li pparteċipat. It-tournament sar fi Praga b’żewġ kategoriji, waħda tan-nisa u…

Tennis

Petra Kvitova għaddiet għar-round li jmiss f’tournament tat-tennis li qiegħed isir fir-Repubblika Ċeka. It-tennisti li qed jieħdu sehem huma kollha Ċeki u dan qiegħed isir sabiex bil-mod il-mod l-isportivi jkunu…

Tennis

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi…

Aktar