Tennis
Tennis – Miami Open: John Isner kontra Roger Federer fil-finali

Ser ikunu Roger Federer u John Isner li jilagħbu kontra xulxin fil-finali, meta rnexxilhom jirbħu s-semifinali rispettivi tagħhom, bl-Iżvizzeru jfittex ir-raba’ suċċess f’dan l-Open, filwaqt li l-Amerikan qiegħed jiddefendi t-titlu li rebaħ is-sena li għaddiet. Roger Federer għeleb liż-żagħżugħ Kanadiż Denis Shapovalov f’żewġ setts, 6-2 6-4, biex b’hekk wasal għall-ħames finali tiegħu u kull darba li wasal s’hawn qatt ma ħareġ tellief. Għalkemm Federer kien dominanti fir-rebħa tiegħu kontra Shapovalov, mhux l-istess jista’ jingħad għal Isner, li kellu jitħabat qatigħ biex għeleb l-isfida tal-Kanadiż Felix Auger-Aliassime. Għalkemm l-Amerikan rebaħ f’żewġ setts, dawn rebaħhom 7-6(3) u 7-6(4) u kellu jiġi darbtejn minn wara biex jirbaħ kontra ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-Serb Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni…

Tennis

Tennis, fl-Open ta’ Ruma kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3, 6-4 sabiex rebħet dan l-Open. Pliskova li hi mir-Republika Ċeka ma tilfitx…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini kellu bidu tajjeb fl-Open ta’ Ruma meta rnexxielu jegħleb lil Jo-Wilfried Tsonga. Is-seed numru 10, li huwa wieħed mill-favoriti minħabba li qiegħed jilgħab f’pajjiżu, għeleb lis-seed numru…

Tennis

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic xejjen l-isfida ta’ Stefanos Tsitsipas u fil-finali rebaħlu 6-3 6-4. Fl-Open ta’ Madrid is-Serb kien fl-aqwa tiegħu biex b’hekk rebaħ it-33 Masters tiegħu u laħaq…

Aktar