Tennis
Tennis: Mument umoristiku fil-logħba bejn Tsonga u Paire

Il-logħba tennis bejn Jo-Wilfried Tsonga u Benoit Paire ħadet żvolta ġdida hemm kif f’mument minnhom, minflok itajru l-ballun bir-rakketta, bdew itajruh b’saqajhom. Dan seħħ meta Paire ħarbitlu r-rakketta minn idejh u x’ħin reġa’ ġie l-ballun tefgħu b’saqajh fid-direzzjoni ta’ Tsonga, li min-naħa tiegħu rreċiproka u għal ftit sekondi dawn iż-żewġ tennisti bdew jitfgħu l-ballun lejn xulxin b’saqajhom.

Finalment kien Tsonga li rebaħ il-logħba 6-4 7-5, fl-ewwel round tal-Halle Open.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Presidenza Rumena u l-Knisja Ortodossa onoraw lil Simona Halep , iċ-champion tat-tennis femminili ta’ Wimbledon għall-unur li ġabet lejn pajjiżha wara r-rebħ tal-finali tas-Sibt li għadda kontra Serena Williams. Halep…

Tennis

Novak Djokovic huwa r-rebbieħ tat-tournament ta’ Wimbledon għal din is-sena wara finali li ħalliet lil kulħadd bla nifs u li damet sejra ħames sigħat. Novak Djokovic u Roger Federer kienu…

Tennis

Tennis: Simona Halep kitbet paġna ġdida fl-istorja ta’ Wimbledon hekk kif saret l-ewwel tennista Rumena li rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ dan il-Grand Slam b’rebħa f’żewġ sets ta’ 6-2, 6-2 kontra…

Aktar