Tennis
Tennis: Nadal fil-kwartifinali tal-Open ta’ Wimbledon wara li aktar kmieni din is-sena kien qed jaħseb biex jieqaf

L-Ispanjol Rafael Nadal kien qiegħed jaħseb li jieqaf ftit mit-tennis fil-bidu ta’ din is-sena, dan wara li beda jkollu uġigħ persistenti li ma kienx qed iħallih kwiet. Nadal kellu diversi problemi f’irkopptu, u fil-bidu tal-2019 kien qiegħed jaħsibha jekk jiqafx għal kumplament tas-sena sabiex jara jekk ġismu jirkuprax u jekk jirritornax lura għan-normal. Biss, b’determinazzjoni kbira rnexxielu jilgħab ħames tournaments f’xahrejn u nofs, wara li għall-aħħar 20 xahar għadda minn kalvarju b’uġigħ kontinwu.

Nadal qal li aktar kemm bdew għaddejjin il-ġimgħat u x-xhur matul din is-sena, ġismu beda jirkupra tajjeb, tant li rnexxielu jilgħab ħames tournaments fuq it-tafal u issa qiegħed jikkompeti fl-Open ta’ Wimbeldon. Illum Nadal se jkun qiegħed jilgħab fil-kwartifinali ta’ dan l-Open kontra l-Amerikan Sam Querrey wara lit-Tnejn li għadda għeleb lil Joao Sousa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ir-Russu Daniil Medvedev kellu wirja kbira u għeleb lil Alexander Zverev b’sets ta’ 6-4, 6-1 biex rebaħ ix-Shanghai Masters li għalih hu r-raba’ titlu tal-istaġun. Il-plejer Ġermaniż beda l-partita 4-0…

Tennis

Novak Djokovic għadda għall-kwarti tal-finali tax-Shanghai Masters wara li għeleb lil John Isner tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-5 u 6-2. Il-lejer numru wieħed fir-rankings mondjali ħa l-kontroll tal-partita b’services suċċessivi…

Tennis

Andy Murray irritorna wara l-operazzjoni li għamel f’ġenbu u rebaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters lil Juan Ignacio Londero tal-Arġentina. L-Ingliż, ex numru 1 fid-dinja, rebaħ b’sets ta’ 2-6, 6-2 u…

Tennis

Il-plejer numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic, għall-ewwel darba fil-karriera, rebaħ l-Open tal-Ġappun. Dan kien is-76 titlu fl-Istorja. Djokovic iddomina din il-finali kontra John Millman tal-Awstralja u rebaħ b’sets ta’ 6-3…

Aktar