Sports Internazzjonali
Tennis: Nadal jirtira minn Wimbledon u l-Olimpjadi

It-tennist Spanjol Rafa Nadal mhux ser ikun qed jieħu sehem fit-tournament ta’ Wimbledon u fl-Olimpjadi ta’ Tokyo. Dan wara li huwa kkonsulta mat-tim tiegħu f’tentattiv li jtawwal kemm jista jkun il-karriera tiegħu.

Nadal li għandu 35 sena qal li l-waqfa ta’ gimgħatejn bejn l-Open ta’ Franza u Wimbledon ma’ kienx biżżejjed biex jirkupra wara staġun diffiċli fejn huwa ħa sehem f’ħames tournaments fuq it-tafal. Nadal, rebbieħ ta’ 20 Grand Slam għadu kemm tilef fis-semi finali tar-Roland Garros kontra r-rebbieħ eventwali Novak Djokovic.

Nadal rebaħ żewġ midalji Olimpiċi; titlu tas-Singles fl-2008 f’Beijing u deheb fid-Doubles f’Rio 2016.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League