X

Tennis: Naomi Osaka tirbaħ il-finali tal-US Open kontra Serena Williams fost kontroversja kbira

Tennis: Fil-US Open finali tas-singles tan-nisa kontroversjali hekk kif Naomi Osaka li għad għandha 20 sena saret l-ewwel tennista Ġappuniża li rebħet Grand Slam meta fil-finali hi rebħet kontra l-Amerikana Serena Williams 6-2 6-4 fi Flushing Meadows.

Fil-Finali l-Umpire ikkastiga lill-Amerikana Williams fuq dak li ġie spjegat kien code violation meta l-umpire ra’ lill-kowċ ta’ Wiliams Patrick Mouratoglou jagħmel sinjali mill-players box. Fit-tennis struzzjonijiet bħal dawk mhumiex tollerabbli.

L-Umpire ta game penalty lill Williams u żiedilha penaliżazzjoni oħra talli pprotestat u talli sabtet ir-racket mal-art b’turija ta’ diżaprovazzjoni.

Williams tilfet din il-finali u tilfet iċ-ċans li tilħaq lill-leġġenda Margaret Court b’24 titlu Grand Slam.

Waqt il-preżentazzjoni tat-trofew tal-US Open lill Osaka u ċ-cheque ta’ kważi 3 miljun ewro ma naqasx l-ibbuwjar fil-konfront tal-Umpire li kien il-Portugiież Carlos Ramos.