Tennis
Tennis: Naomi Osaka tirtira mill-Open ta’ Franza

Iċ-Champion tal-Open tal-Istati Uniti Naomi Osaka mhux se tkun qed tikkompeti fl-edizzjoni tal-Open ta’ Franza li jmiss minħabba injury fil-hamstring.

Il-Ġappuniża ta’ 22 sena weġġgħet fil-partita li kellha kontra Victoria Azarenka fil-finali tal-Open tal-Amerka fit-tournament ta’ Flushing Meadows.

Għal Osaka dan kienet it-tielet tournament Grand Slam li rebħet fil-karriera.

Miktub minn...
TVM Sport