Tennis
Tennis: Nikoloz Basilashvili jirbaħ l-Open ta’ Hamburg

Nikoloz Basilashvili huwa r-rebbieħ tal-Open ta’ Hamburg meta fil-finali għeleb lir-Russu Andrey Rublev b’sets ta’ 7-5, 4-6 u 6-3.

Il-plejer mill-Ġorġja salva żewġ match points li setgħu tefugħ fuq in-naħa telliefa biex irkupra sew u kellu rebħa kbira.

Din kienet l-ewwel finali għal Basilashvili wara dik ta’ Doha fl-2018.

Rublev, seed numru 78, kien għeleb lill-Ispanjol Pablo Carreno Busta fis-semifinali iżda fil-finali tal-lum deher ferm inferjui għall-avversarju tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Naomi Osaka rebħet l-ewwel partita tagħha fil-Pan-Pacific Open li qed isir f’Osaka fil-Ġappun meta għelbet lir-Russa Anastasia Pavlyuchenkova b’sets ta’ 6-2 u 6-3. Osaka, li kienet tilfet iż-żewġ finali tal-2016…

Tennis

Il-belt ta’ Ġinevra fl-Iżvizzera laqgħet fost l-aqwa plejers maskili fid-dinja tat-tennis, jumejn qabel ma tibda t-tielet edizzjoni tal-Laver Cup. It-tournament, avveniment ta’ tlett ijiem bejn l-Ewropa u l-kumplament tad-dinja, sar…

Tennis

Matthew Asciak u Matthew Cassar Toreggiani llum wara nofsinhar jiltaqgħu fil-finali tas-singles tal-irġiel fl-Open Tournamentt organizzat minn Birkirkara Tennis Club. Fis-semifinali tal-bieraħ Asciak għeleb lil Denzil Agius 6-1, 6-2, waqt…

Tennis

Kim Clijsters rebbieħa ta’ erba’ titli Grand Slam ħabbret li se tirritorna fix-xena agonistika wara li kienet irtirat seba’ snin ilu. Hi qalet li m’għandha ebda ambizzjoni speċjali ħlief li…

Aktar