Tennis
Tennis: Norrie kontra Vinolas fil-finali tal-Open ta’ Estoril

Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Cameron Norrie hekk kif ilbieraħ għeleb lil Marin Cilic tas-Serbja u avvanza għall-finali tal-Open ta’ Estoril.

Norrie rebaħ b’sets ta’ 7-6 u 7-5.

Cilic kellu 16-il ace kontra l-ħamsa ta’ Norrie iżda dan ma kienx biżżejjed biex l-Ingliż kien aktar preċiż u attent fil-logħba tiegħu.

Norrie jilgħab il-finali kontra Albert Ramos Vinolas ta’ Spanja li min-aħa tiegħu għeleb lil Alejandro Davidovich Fokina.

Miktub minn...
TVM Sport