Tennis
Tennis: Novak Djokovic jirbaħ l-Open ta’ Madrid, it-33 Masters fil-karriera tiegħu

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic xejjen l-isfida ta’ Stefanos Tsitsipas u fil-finali rebaħlu 6-3 6-4. Fl-Open ta’ Madrid is-Serb kien fl-aqwa tiegħu biex b’hekk rebaħ it-33 Masters tiegħu u laħaq ir-rekord ta’ Rafael Nadal. Il-Grieg Tsitsipas xejn ma kien fil-forma f’din il-finali, u l-għejja tal-logħbiet ta’ qabel dehret qed tagħmel tagħha aktar kemm għadda l-ħin. Il-wirja ta’ Tsitsipas ma kenitx tintgħaraf minn dik li biha għeleb lill-Ispanjol Nadal fis-semifinali, u minn dan kollu approfitta r-rebbieħ ta’ 15-il Grand Slam, Djokovic.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Novak Djokovic huwa r-rebbieħ tat-tournament ta’ Wimbledon għal din is-sena wara finali li ħalliet lil kulħadd bla nifs u li damet sejra ħames sigħat. Novak Djokovic u Roger Federer kienu…

Tennis

Tennis: Simona Halep kitbet paġna ġdida fl-istorja ta’ Wimbledon hekk kif saret l-ewwel tennista Rumena li rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ dan il-Grand Slam b’rebħa f’żewġ sets ta’ 6-2, 6-2 kontra…

Tennis

Novak Djokovic hu l-ewwel finalist tat-tournament ta’ Wimbledon. Fl-ewwel semifinali tal-ġurnata, Djokovic għeleb lil Batuista Agut b’sets ta’ 6-2, 4-6, 6-3 u 6-2. Is-Serb deher b’saħħtu ħafna u kważi ma…

Aktar