Tennis
Tennis: Novak Djokovic jirbaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3.

Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36 titlu ATP tal-karriera.

Schwartzmann kellu ħafna mill-partita wkoll u f’set minnhom kien saħansitra 3-0 minn fuq u rebaħ żewġ break points.

Madankollu, is-seed numru 8 kellu jċedi għall-klassi tas-Serb.

Djokovic se jkun qed jilgħab fl-Open ta’ Franza tal-ġimgħa d-dieħla u f’dan l-istaġun rebaħ 31 minn 32 partita.

Miktub minn...
TVM Sport