Futbol internazzjonali
Tennis – Open ta’ Ruma: Federer, Nadal u Djokovic mal-aħħar tmienja

Wara li l-Erbgħa ma sarx logħob minħabba x-xitwa kontinwa li niżlet fuq Ruma, ilbieraħ kienet ġurnata impenjattiva ħafna, b’diversi logħbiet f’courts differenti. Kien hemm tennisti li saħansitra kellhom jilagħbu darbtejn fl-istess ġurnata.

Roger Federer irnexxielu jinġabar wara bidu xejn tajjeb u għeleb lil Borna Coric biex wasal sal-kwartifinali. Dan wara li aktar kmieni l-Iżvizzeru ma sab l-ebda diffikultà biex għeleb l-isfida ta’ Joao Sousa.

L-Ispanjol Rafael Nadal l-ewwel għeleb lill-Franċiż Jeremy Chardy 6-0 6-1 biex għadda għar-Round tas-16 fejn hemmhekk xejjen lill-avversarju Ġorġjan Basilashvili 6-1 6-0.

Anke s-Serb Novak Djokovic kellu jilgħab żewġ logħbiet, bl-ewwel waħda tkun kontra l-Kanadiż Denis Shapovalov u rebaħlu 6-1 6-3, filwaqt li fir-Round tas-16 għeleb lil Philipp Kohlschreiber 6-3 6-0.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Juventus Maurizio Sarri mhux se jkun fuq il-bank imexxi lit-tim għall-ewwel żewġ logħbiet tas-Serie A. Dan ġie mħabbar fuq is-sit uffiċjali tal-klabb wara li l-eks kowċ ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Liverpool ħabbru li għandhom pjan ambizzjuż sabiex fis-snin li ġejjin ikabbru l-grawnd tagħhom Anfield Road. Wara li tliet snin ilu fetħu l-Main Stand tagħhom, issa hemm pjanijiet sabiex il-kapaċita’ tal-grawnd…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League Rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-gruppi Torino qed jirriskjaw li jiġu eliminati mill-UEFA Europa League meta b’mod sorprendenti tilfu f’darhom kontra Wolves bl-iskor ta’ 3-2. Kienet l-iktar partita mistennija…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas…

Aktar