Tennis
Tennis – Open ta’ Ruma: Rafael Nadal u Karolina Pliskova jirbħu l-kategoriji tagħhom

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-Serb Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni wieħed 6-4. Fit-tielet u l-aħħar sett Nadal kien ħafna aħjar tant li rebħu 6-1.

Din il-finali kienet taqtiegħa interessanti għaliex kemm Nadal kif ukoll Djokovic kellhom 33 ATP Masters fil-karriera tagħhom, imma issa Nadal mar fuq quddiem.

Fil-kategorija tan-nisa kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3 6-4, sabiex rebħet dan l-Open. Pliskova li hi Ċeka ma tilfitx service game waħda sabiex b’hekk f’siegħa u 25 minuta rebħet it-tielet suċċess fuq clay court s’issa fil-karriera tagħha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-belt ta’ Ġinevra fl-Iżvizzera laqgħet fost l-aqwa plejers maskili fid-dinja tat-tennis, jumejn qabel ma tibda t-tielet edizzjoni tal-Laver Cup. It-tournament, avveniment ta’ tlett ijiem bejn l-Ewropa u l-kumplament tad-dinja, sar…

Tennis

Matthew Asciak u Matthew Cassar Toreggiani llum wara nofsinhar jiltaqgħu fil-finali tas-singles tal-irġiel fl-Open Tournamentt organizzat minn Birkirkara Tennis Club. Fis-semifinali tal-bieraħ Asciak għeleb lil Denzil Agius 6-1, 6-2, waqt…

Tennis

Kim Clijsters rebbieħa ta’ erba’ titli Grand Slam ħabbret li se tirritorna fix-xena agonistika wara li kienet irtirat seba’ snin ilu. Hi qalet li m’għandha ebda ambizzjoni speċjali ħlief li…

Sports Internazzjonali

It-teenager Bianca Andreescu ħasdet lil Serena Williams f’finali eċċitanti tas-single tan-nisa fl-Open tal-Istati Uniti biex rebħet l-ewwel titlu Grand Slam tagħha u ċċaħħad lill-Amerikana  minn rekord ta’ erbgħa u għoxrin…

Aktar