Tennis
Tennis: Petra Kvitova tavvanza f’tournament fir-Repubblika Ċeka

Petra Kvitova għaddiet għar-round li jmiss f’tournament tat-tennis li qiegħed isir fir-Repubblika Ċeka. It-tennisti li qed jieħdu sehem huma kollha Ċeki u dan qiegħed isir sabiex bil-mod il-mod l-isportivi jkunu jistgħu jibdew jikkompetu bejniethom, f’mument fejn l-isport qed jirkupra bil-mod mid-daqqa tal-pandemija.

Kvitova rebħet faċilment kontra Barbora Krejcikova 7-6(3) 6-2 biex għaddiet għar-round li jmiss f’kompetizzjoni li qed tintwera kollha fuq it-televixin. Il-logħob qiegħed jintlagħab f’courts vojta, ħlief għal ftit ġurnalisti, membri tat-timijiet u xi VIPs li qed iżommu d-distanzi soċjali bejniethom.

Petra Kvitova issa ser tilgħab kontra Katerina Siniakova fis-semifinali, wara li tal-aħħar għelbet lil Lucie Hradecka. Fis-semifinali l-oħra, Barbora Strycova ser tilgħab kontra Karolina Muchova, bil-finali tintlagħab il-Ħamis.

It-tournament huwa maqsum f’żewġ kategoriji, tal-irġiel u tan-nisa, u qed jieħdu sehem tmien tennisti fuq kull naħa. Fil-logħob mhux ikun hemm persuni madwar il-court biex jagħtu l-blalen lit-tennisti, lanqas persuni biex jipprovdu x-xugamani ġaladarba jieqaf il-logħob. Il-line judges kollha lebsin il-maskri u l-ingwanti, filwaqt li t-tennisti mhumiex jieħdu b’idejn xulxin la qabel u lanqas wara l-logħba.

Dan it-tournament qiegħed ikun meqjus bħala l-ewwel wieħed minn mindu kollox ġie sospiż f’Marzu li għadda, għalkemm fil-Ġermanja u l-Istati Uniti saru xi logħbiet t’esebizzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Tennis

Il-leġġenda Martina Navratilova, meqjusa bħala waħda mill-aqwa tennisti femminnili fl-Istorja, qalet li Coco Gauff hi tennista b’potenzjal li tista tibdel id-dinja għall-aħjar. It-tennista żagħżugħa Amerikana kellha diskors b’saħħtu ħafna waqt…

Tennis

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan…

Tennis

Maria Sharapova, waħda mill-aqwa tennisti femminili fid-dinja f’dawn l-aħħar snin, ħabret li rtirat mill-karriera professjonali tagħha. Ir-Russa ta’ 32 sena kellha karriera brillanti b’36 titlu WTA u kienet damet 21…

Aktar