Tennis
Tennis – Pliskova, Sabalenka, Kerber u Barty fis-semifinali tal-Open ta’ Wimbeldon

Karolina Pliskova, Aryna Sabalenka, Angelique Kerber u Ash Barty jagħmluha għas-semifinali tal-Open ta’ Wimbeldon.

Pliskova għelbet lil Viktorija Golubic fil-kwartifinali u b’hekk waslet sal-ewwel semifinali f’Open fil-karriera tagħha. Għaż-żewġ tennisti din kienet l-ewwel darba li waslu sal-kwartifinali ta’ Grand Slam, biċ-Ċeka xxejjen l-isfida tal-avversarja f’żewġ sets, 6-2, 6-2. Karolina Pliskova issa tilgħab kontra Aryna Sabalenka matul il-ġurnata tal-Ħamis.

Aryna Sabalenka tal-Belarus għelbet l-isfida tat-Tuneżina Ons Jabeur f’żewġ sets, 6-4, 6-3. Għal Sabalenka din hija esperjenza totalment ġdida, għaliex fl-Open ta’ Wimbeldon qatt ma rnexxielha taqbeż it-tieni rawnd fil-passat.

Semifinali wkoll għal Angelique Kerber li f’żewġ sets għelbet lil Karolina Muchova. Kerber, li rebħet l-Open ta’ Wimbeldon fl-2018, ma damitx biex xejnet l-isfida ta’ Muchova 6-2, 6-3. Fis-semifinali Kerber ser taffaċċja lil Ash Barty, wara li din għelbet lil Ajla Tomljanovic f’kuntest kollu Awstraljan. Barty rebħet f’żewġ sets 6-1, 6-3.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA