Tennis
Tennis: Posposti l-finali tal-Federations Cup li kellhom isiru x-xahar id-dieħel

Il-finali tal-Federations Cup ġew posposti għal data li trid titħabbar aktar ‘il quddiem. Dawn il-finali kellhom isiru f’Budapest, l-Ungerija, ix-xahar id-dieħel, filwaqt li diversi playoffs kellhom jintlagħbu fi bliet differenti madwar l-Ewropa. Il-Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis ħabbret li minħabba l-pandemija tal-coronavirus, dan il-logħob ġie pospost. Il-finali tal-Federations Cup kellhom isiru bejn l-14 u d-19 t’April li ġej fil-Laszlo Papp Sport Arena ta’ Budapest. Fl-aħħar sigħat il-Gvern Ungeriż ħareġ stqarrija li ma jistgħux isiru avvenimenti għall-pubbliku li jiġbru aktar minn 100 persuna fi spazju magħluq, jew 500 persuna fi spazju miftuħ.

Il-finali tal-Federations Cup huma importanti minħabba li matulhom tkun qiegħda ssir il-kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi li inċidentalment ser isiru f’Tokjo s-sajf li ġej. Dan ifisser li l-logħob ma jistax jiġi pospost għal ħafna ġimgħat jew xhur għaliex inkella jħalli impatt fuq it-tennisti li għadhom jittamaw li jikkwalifikaw għall-Olimpjadi li jibdew f’Lulju li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer numru 11 tat-tennis mondjali Fabio Fognini ġei operat fl-għakiesi. It-tennista Taljan għamel din l-operazzjoni f’dan iż-żmien ta’ waqfa biex ifejjaq problema li kellu u li ilha fuqu snin. Fi…

Tennis

Is-seed numru 12 Petra Kvitova rebħet it-tournament organizzat fir-Repubblika Ċeka. Ir-rebħa kienet mistennija minħabba li Kvitova kienet l-aħjar tennista li pparteċipat. It-tournament sar fi Praga b’żewġ kategoriji, waħda tan-nisa u…

Tennis

Petra Kvitova għaddiet għar-round li jmiss f’tournament tat-tennis li qiegħed isir fir-Repubblika Ċeka. It-tennisti li qed jieħdu sehem huma kollha Ċeki u dan qiegħed isir sabiex bil-mod il-mod l-isportivi jkunu…

Tennis

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi…

Aktar