
Tennis
Tennis: Radu Albot jegħleb lil Adrian Mannarino fil-kwarti tal-finali tal-Open ta’ Singapore
It-top seed Adrian Mannarino tilef kontra Radu Albot fil-kwarti tal-finali tal-Open ta’ Singapore.
Il-Franċiż tilef b’sets ta’ 6-3 u 6-4 kontra r-Rumen, f’partita li damet sejra siegħa u 25 minuta.
It-tielet seed tat-tournament, il-Kroat Marin Cilic għeleb lill-plejer tal-Korea t’Isfel Soonwoo Kwon b’sets ta’ 6-2, 2-6 u 7-5 u issa fis-semifinali jilgħab kontra l-Awstraljan Alex Popyrin li min-naħa tiegħu għeleb lil Matthew Ebden.
Fis-semifinali l-oħra, Radu Albot jilgħab jilgħab kontra Aleksander Bublik tal-Khazakstan.