International Sports
Tennis: Raducanu eliminata minn Sasnovich fl-Indian Wells tournament

Fit-turnament ta’ Indian Wells sorpiża fl-ewwel rawnd meta r-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti Emma Raducanu kienet eliminata minn Aliaksandra Sasnovich 6-2, 6-4. Din kienet l-ewwel logħba ta’ Raducanu wara s-suċċess fi Flushing Meadows ix-xahar li għadda.
Il-finalista telliefa tal-Open tal-Istati Uniti Leylah Fernandez ma kellha l-ebda problemi meta avvanzat għat-tieni rawnd b’rebħa ta’ 6-3, 6-2, fuq Alize Cornet.
Fil-kompetizzjoni tal-irġiel, Kevin Anderson kellu rebħa f’żewġ sets kontra l-Awstraljan Jordan Thompson. Anderson li kien wasal sal-ħames post tar-rankings dinjija, issa jinsab fid-69 pożizzjoni wara serje ta’ injuries.
Anderson rebaħ bil-punteġġ ta’ 7-5, 6-2 u issa jiltaqa’ kontra s-seed numru 17, Lorenzo Sonego.
Iż-żagħżugħ promettenti Amerikan Jenson Brooksby ukoll kellu rebħa f’żewġ sets kontra t-Tork Cem Ilkel bil-punteġġ ta’ 7-6, 6-4 u issa quddiemu għandu avversarju ferm diffiċli lis-seed numru tlieta l-Ġermaniż Alexander Zverev.
Avvanza wkoll il-Ġappuniż Yoshihito Nishioka li għeleb lill Arġentin Federico Delbonis fi tliet sets kumbattuti 6-3, 3-6, 7-6, u issa fir-rawnd li jmiss jilgħab kontra l-Amerikan John Isner.
Anki l-Iskoċċiż Andy Murray għadda għal rawnd ieħor biex elimina lil Adrian Mannarino f’żewġ sets, 6-3, 6-2.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'