Tennis
Tennis: Rafael Nadal fil-kwartifinali tal-Open ta’ Barcelona

Fl-Open ta’ Barcelona, Rafael Nadal reġa’ wera l-kapaċitajiet tiegħu meta fir-Round tas-16 ma sabx diffikultà biex jegħleb lill-kompatrijott tiegħu David Ferrer 6-3 6-3. Wara li Nadal xejn ma kien konvinċenti fit-tielet round kontra Lenoardo Mayer, ilbieraħ xejjen kull spekulazzjoni li seta’ kien imweġġa’ jew l-għejja bdiet tagħmel bih, għax kontra Ferrer ma wera l-ebda ħniena. David Ferrer li għandu 37 sena, ser ikun qiegħed jirtira mix-xena tat-tennis ix-xahar id-dieħel wara l-Open ta’ Madrid, u b’hekk din kienet l-aħħar dehra tiegħu fl-Open ta’ Barcelona. B’din ir-rebħa Nadal għamilha għall-kwartifinali.

Matul il-ġurnata tal-Ħamis għadda wkoll il-Ġappuniż Kei Nishikori li f’żewġ sets għeleb lil Felix Auger-Aliassime 6-1 6-3. Nishikori issa jilgħab kontra l-Ispanjol Roberto Carballes Baena fil-kwartifinali. Min-naħa l-oħra, anke l-Franċiż Dominic Thiem baqa’ javvanza, din id-darba b’rebħa fuq l-Ispanjol Juame Munar 7-5 6-1.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Presidenza Rumena u l-Knisja Ortodossa onoraw lil Simona Halep , iċ-champion tat-tennis femminili ta’ Wimbledon għall-unur li ġabet lejn pajjiżha wara r-rebħ tal-finali tas-Sibt li għadda kontra Serena Williams. Halep…

Tennis

Novak Djokovic huwa r-rebbieħ tat-tournament ta’ Wimbledon għal din is-sena wara finali li ħalliet lil kulħadd bla nifs u li damet sejra ħames sigħat. Novak Djokovic u Roger Federer kienu…

Tennis

Tennis: Simona Halep kitbet paġna ġdida fl-istorja ta’ Wimbledon hekk kif saret l-ewwel tennista Rumena li rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ dan il-Grand Slam b’rebħa f’żewġ sets ta’ 6-2, 6-2 kontra…

Aktar