Tennis
Tennis: Rafael Nadal fl-aħħar 16 tal-Open ta’ Ruma wara li għeleb lil Jannik Sinner

Rafa Nadal beda t-triq għall-10 titlu fil-karriera tal-Open ta’ Ruma meta għeleb lit-Taljan Jannik Sinner b’setts ta’ 7-5 u 6-4.

L-Ispanjol kisser is-servica ta’ Sinner għal ħames darbiet matul il-partita u fir-rawnd tal-aħħar 16 se jkun qed jiltaqa’ kontra Denis Shapovalov.

Il-Kanadiż, seed numru 16, għeleb fil-partita tiegħu lit-Taljan l-ieħor, Stefano Travaglia.

F’partita oħra, Stefanos Tsitsipas avvanza wkoll wara li għeleb lill-Kroat Marin Cili b’setts ta’ 7-5 u 6-2.

Fir-rawnd tal-aħħar 16, Cili jilgħab kontra Matteo Berrettini li għeleb lill-Awstraljan John Millman b’setts ta’ 6-4 u 6-2.

Miktub minn...
TVM Sport