Tennis
Tennis: Riżultati pożittivi għal Alex Degabriele fis-Serie C fl-Italja

Alex Degabriele, wieħed mit-tennisti l-aktar promettenti f’Malta kiseb riżultati pożittivi fis-Serie C Taljana hekk kif it-tim li jilghab miegħu ‘IL-JUNIOR TENNIS CLUB ACI CASTELLO, spiċċa fit-tieni post tal-klassifika reġjonali ta’ Sqallija, wara li fi tmien il-ġimgħa ntlabgħet il-FINAL FOUR tal-kompetizzjoni.

Alex Degabriele li ilu jitaħarreg fl-akkademjoa SRT TENNIS CENTER ġewwa Catania għal dawn l-aħħar tnax-il ġimgħa kien strumentali sabiex it-tim minn Aci Castello jikseb dan ir-riżultat. It-tennista ta’ sittax -il sena rebaħ 8 minn 10 logħbiet f’dan il-kampjonat fosthom żewġ logħbiet mill-Final Four bi skor konvincenti ta’ 6-3, 6-1 u 6-1, 6-2. It-tim minn Aci Castello issa ikkwalifika għall-fażi nazzjonali li se tkun qedgħha tintlgħab fis-27 ta’ Ġunju u l-11 ta’ Lulju.

Bħalissa Degabriele qiegħed fi training camp ġewwa Ċipru ftit jiem qabel it-tim Malti tal-kbar se jkun qiegħed jieħu sehem fil-Grupp III tat-Tazza Davis. Din se tkun l-ewwel partecipażżjoni ta’ Degabriele fit-Tazza Davis. 

Fl-Italja Degabriel huwa segwit mill-kowċ tal-ogħla livell FIT (Federazione Italiana Tennis) Sergio Rizzo, ġewwa l-akkademja SRT Tennis Centre.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.