Tennis
Tennis: Roger Federer fil-kwartifinali tal-Open ta’ Dubai

Fl-Open ta’ Dubai, l-Iżvizzeru Roger Federer kellu jitħabat sabiex għeleb lill-Ispanjol Fernando Verdasco b’żewġ sets għal wieħed. Federer rebaħ l-ewwel sett 6-3, imma Verdasco rrisponda fit-tieni wieħed b’6-3 għalih. It-tielet u l-aħħar sett ukoll kien wieħed missielet, bl-Iżvizzeru joħroġ rebbieħ 6-3 biex b’hekk għadda għall-kwartifinali ta’ din il-kompetizzjoni. Federer issa jrid jilgħab kontra l-Ungeriż Marton Fucsovics.

Aktar kmieni, is-seed numru ħamsa Stefanos Tsitsipas ukoll wasal sal-kwartifinali meta għeleb lil Egor Gerasimov tal-Belarus f’żewġ sets, 6-3, 6-1. Għal Tsitsipas din ma kenitx logħba diffiċli, tant li ma tħabatx wisq biex jegħleb l-isfida tal-avversarju tiegħu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Fabio Fognini rebaħ il-final tal-Monte Carlo Masters kontra s-Serb Dusan Lajovic. Huwa ddedika din ir-rebħa lil ommu u lil Flavia Pennetta li qal ttih sostenn liema bħalu. Fognini li għandu…

Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal sofra telfa xejn mistennija fis-semifinali tal-Masters ta’ Monte Carlo meta kien eliminat mit-Taljan Fabio Fognini. Din it-telfa kienet ħasda għall-Ispanjol, ħames ġimgħat qabel ma’ jibda l-Open ta’…

Tennis

L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-tennis qed torganizza il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha f’Malta. Din hi t-tielet darba li l-Malta Tennis Federation irnexxielha ġġib f’pajjiżna avveniment ta’ tant importanza fil-kalendarju annwali tat-tennis Ewropej. David…

Tennis

L-Iżvizzeru Roger Federer rebaħ ir-raba’ Miami Open fil-karriera tiegħu w allura issa rebaħ 101 unur fil-karriera. Federer kien mgħejjun mill-uġiegħ li John Isner beda jħoss f’saqajh ix-xellugija, tant li bilkemm…

Aktar