Tennis
Tennis: Roger Federer jirbaħ ir-4 Miami Open u l-101 titlu fil-karriera tiegħu

L-Iżvizzeru Roger Federer rebaħ ir-raba’ Miami Open fil-karriera tiegħu w allura issa rebaħ 101 unur fil-karriera. Federer kien mgħejjun mill-uġiegħ li John Isner beda jħoss f’saqajh ix-xellugija, tant li bilkemm seta’ jkompli jilgħab il-finali. Roger Federer rebaħ f’żewġ setts 6-1 6-4, biex issa jinsab tmien titli ‘l bogħod mir-rekord tal-Amerikan Jimmy Connors li b’kollox rebaħ 109 titli fil-karriera tiegħu.

Għalkemm Isner weġġa’, xorta ma jistax jitneħħa l-mertu lil Federer, meta anke qabel inqalgħat l-isfortuna lill-Amerikan, huwa kien aħjar minnu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer numru 11 tat-tennis mondjali Fabio Fognini ġei operat fl-għakiesi. It-tennista Taljan għamel din l-operazzjoni f’dan iż-żmien ta’ waqfa biex ifejjaq problema li kellu u li ilha fuqu snin. Fi…

Tennis

Is-seed numru 12 Petra Kvitova rebħet it-tournament organizzat fir-Repubblika Ċeka. Ir-rebħa kienet mistennija minħabba li Kvitova kienet l-aħjar tennista li pparteċipat. It-tournament sar fi Praga b’żewġ kategoriji, waħda tan-nisa u…

Tennis

Petra Kvitova għaddiet għar-round li jmiss f’tournament tat-tennis li qiegħed isir fir-Repubblika Ċeka. It-tennisti li qed jieħdu sehem huma kollha Ċeki u dan qiegħed isir sabiex bil-mod il-mod l-isportivi jkunu…

Tennis

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi…

Aktar