Tennis
Tennis Rogers Cup: Rafael Nadal jirbaħ kontra t-Taljan Fabio Fognini

Is-Seed numru wieħed Rafael Nadal għeleb lit-Taljan Fabio Fognini 2-6, 6-1, 6-2 biex żamm ħajjin it-tamiet tiegħu li jiddefendi b’suċċess it-titlu tar-Rogers Cup mirbuħ is-sena l-oħra. L-avversarju ta’ Rafael Nadal fis-semifinali issa se jkun ir-rebbieħ tal-konfront bejn Gael Monfils u Roberto Bautista Agut.

Nadal kellu bidu diffiċli u ma setax isib tarf is-service preċiż ta’ Fognini. Fit-tieni u t-tielet set Nadal sab il-forma tiegħu u rebaħ faċilment iż-żewġ sets ta’ wara biex għadda mal-aħħar erba’.

Intant is-seed numru tnejn Dominic Thiem kien eliminat mir-Russu Daniil Medvedev biex b’hekk intemmet is-serje ta’ sitt rebħiet konsekuttivi tal-Awstrijak. Medvedev kien dominanti tul il-logħba li damet inqas minn siegħa bir-Russu jirbaħ 6-3, 6-1.

U fil-kompetizzjoni tan-nisa kompliet tavanza Serena Williams li llum tgħodd 37 sena. Kontra l-Ġappuniża Naomi Osaka Serena Williams ftit sabet oppożizzjoni u għaddiet faċilment għas-semifinali bil-punteġġ 6-3, 6-4.

L-avversarja ta’ Serena Williams fis-semif inali se tkun ir-rebbieħa tal-kwartifinali bejn Simona Halep u Marie Bouzkova. F’logħbiet oħra mill-kwarti finali il-Kanadiża Bianca Andreescu wetqet sorpiża meta eliminat lil Karolina Pliskova 6-0, 2-6, 6-4. L-avversarja ta’ Andreescu fis-semifinali se tkun l-Amerikana Sofia Kenin li għelbet lil Elina Svitoliona 7-6, 6-4.

It-telfa u l-eliminazzjoni ta’ Karolina Pliskova tfisser li minn nhar it-tnejn, Naomi Osaka, minkejja t-telfa kontra Serena Williams, se tieħu post Ashley Barty bħala n-numru wieħed tad-dinja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ir-Russu Daniil Medvedev kellu wirja kbira u għeleb lil Alexander Zverev b’sets ta’ 6-4, 6-1 biex rebaħ ix-Shanghai Masters li għalih hu r-raba’ titlu tal-istaġun. Il-plejer Ġermaniż beda l-partita 4-0…

Tennis

Novak Djokovic għadda għall-kwarti tal-finali tax-Shanghai Masters wara li għeleb lil John Isner tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-5 u 6-2. Il-lejer numru wieħed fir-rankings mondjali ħa l-kontroll tal-partita b’services suċċessivi…

Tennis

Andy Murray irritorna wara l-operazzjoni li għamel f’ġenbu u rebaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters lil Juan Ignacio Londero tal-Arġentina. L-Ingliż, ex numru 1 fid-dinja, rebaħ b’sets ta’ 2-6, 6-2 u…

Tennis

Il-plejer numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic, għall-ewwel darba fil-karriera, rebaħ l-Open tal-Ġappun. Dan kien is-76 titlu fl-Istorja. Djokovic iddomina din il-finali kontra John Millman tal-Awstralja u rebaħ b’sets ta’ 6-3…

Aktar