Tennis
Tennis – Roland Garros: Rekord għal Rafael Nadal wara li rebaħ l-Open ta’ Franza għat-12-il darba fil-karriera tiegħu

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ it-12-il titlu tal-Open ta’ Franza fil-karriera tiegħu meta għeleb lill-Awstrijak Dominic Thiem bi 3 sets għal wieħed. Kien Nadal li rebaħ l-ewwel sett 6-3, bi Thiem jirrispondi fit-tieni wieħed 7-5. Imma Nadal żamm il-kalma, u fiż-żewġ sets ta’ wara kien superjuri għal Thiem tant li rebaħhom it-tnejn li huma 6-1.

B’kollox Nadal rebaħ 18-il Grand Slam fil-karriera tiegħu, u bir-rebħa fir-Roland Garros waqqaf rekord ta’ tennist li l-aktar rebaħ unuri f’tournament wieħed. Huwa qabeż ir-rekord ta’ Margaret Court li kienet rebħet 11-il Open tal-Awstralja fil-karriera tagħha.

Nadal rebaħ l-ewwel unur fi Franza lura għall-2005, meta dakinhar kellu 19-il sena.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-logħba tennis bejn Jo-Wilfried Tsonga u Benoit Paire ħadet żvolta ġdida hemm kif f’mument minnhom, minflok itajru l-ballun bir-rakketta, bdew itajruh b’saqajhom. Dan seħħ meta Paire ħarbitlu r-rakketta minn idejh…

Tennis

Mill-Mercedes Cup li qed tintlagħab fi Struttgart, it-tennista Taljan Matteo Berrettini kompla bil-mument pożittiv tiegħu meta għeleb lill-Ġermaniż Jan-Lennard Struff f’żewġ sets 6-4, 7-5. Berrettini rnexxielu jirbaħ l-ewwel żewġ sets…

Tennis

Is-seed numru 8 Ashleigh Barty, għall-ewwel darba fil-karriera tagħha, waslet sa semifinali ta’ Grand Slam, meta għelbet lill-Amerikana Madison Keys fil-kwartifinali. Barty rebħet f’żewġ sets, 6-3 7-5 biex issa tiltaqa’…

Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal resaq pass eqreb li jirbaħ it-12-il titlu tiegħu fl-Open ta’ Franza, meta fil-kwartifinali baqa’ għaddej minn fuq Kei Nishikori 6-1 6-1 6-3. B’din ir-rebħa Nadal għamel ċert…

Aktar