Tennis
Tennis, Rotterdam Open: Stefanos Tsitsipas tal-Greċja b’telfa xejn mistennija

Tennis, Rotterdam Open: Stefanos Tsitsipas tal-Greċja kellu telfa xejn mistennija fl-ABN AMRO kontra Damir Dzumhur tal-Bożnija, it-tennista ta’ 26 sena meta rebaħlu b’sets ta’ 6-4, 1-6 u 7-5.

Tsitsipas ta’ 20 sena, li wasal sas-semifinali tal-Open tal-Awstralja u ġie eliminat minn Roger Federer, ma kienx fil-forma solita tiegħu biex Dzumhur approfitta u spiċċa kwalifika għar-rawnd li jmiss.

Dzumhur lagħab tennis impressjonanti biex għadda għar-rawnd ta’ mal-aħħar 16 u issa jiltaqa’ kontra Mikhail Kukushin tal-Khazakstan.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-Serb Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni…

Tennis

Tennis, fl-Open ta’ Ruma kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3, 6-4 sabiex rebħet dan l-Open. Pliskova li hi mir-Republika Ċeka ma tilfitx…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini kellu bidu tajjeb fl-Open ta’ Ruma meta rnexxielu jegħleb lil Jo-Wilfried Tsonga. Is-seed numru 10, li huwa wieħed mill-favoriti minħabba li qiegħed jilgħab f’pajjiżu, għeleb lis-seed numru…

Tennis

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic xejjen l-isfida ta’ Stefanos Tsitsipas u fil-finali rebaħlu 6-3 6-4. Fl-Open ta’ Madrid is-Serb kien fl-aqwa tiegħu biex b’hekk rebaħ it-33 Masters tiegħu u laħaq…

Aktar