Tennis
Tennis: Serena Williams immultata €9,000 talli għamlet ħsara fil-court b’daqqiet bir-racket

Serena William ġiet immultata €9,000 mill-‘All England Club’ tali għamlet ħsara fuq wieħed mill-uċuħ tal-courts ta’ Wimbledon b’daqqiet bir-racket.

Williams, waħda mill-favorit għar-rebħ tal-24 Grand Slam tal-karriera tagħha, għada ma kkumentat xejn dwar dan l-inċident.

Kelliemi għal Wimbledon qal li t-Taljan Fabio Fognini wkoll ġie mmultat €3,000 wara kummenti li qal ftit wara li ġie eliminat minn Tennys Sandgren.

Nick Kyrgios ġie mmultat €7,500 għal nuqqas ta’ fair play fl-ewwel żewġ partiti tal-ewwel u t-tieni rawnd.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ir-Russu Daniil Medvedev kellu wirja kbira u għeleb lil Alexander Zverev b’sets ta’ 6-4, 6-1 biex rebaħ ix-Shanghai Masters li għalih hu r-raba’ titlu tal-istaġun. Il-plejer Ġermaniż beda l-partita 4-0…

Tennis

Novak Djokovic għadda għall-kwarti tal-finali tax-Shanghai Masters wara li għeleb lil John Isner tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-5 u 6-2. Il-lejer numru wieħed fir-rankings mondjali ħa l-kontroll tal-partita b’services suċċessivi…

Tennis

Andy Murray irritorna wara l-operazzjoni li għamel f’ġenbu u rebaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters lil Juan Ignacio Londero tal-Arġentina. L-Ingliż, ex numru 1 fid-dinja, rebaħ b’sets ta’ 2-6, 6-2 u…

Tennis

Il-plejer numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic, għall-ewwel darba fil-karriera, rebaħ l-Open tal-Ġappun. Dan kien is-76 titlu fl-Istorja. Djokovic iddomina din il-finali kontra John Millman tal-Awstralja u rebaħ b’sets ta’ 6-3…

Aktar