Tennis
Tennis: Serena Williams tegħleb lil Danielle Collins u tikkwalifika għar-raba’ rawnd

Serena Williams, għaddiet għar-raba’ rawnd wara li għelbet lill-Amerikana Danielle Collins b’setts ta’ 6-4 u 6-4.

Ta’ 39 sena, Williams baqgħet kalma matul il-partita tagħha li fiha uriet superjorità għall-avversarju.

Williams qed tfittex biex tirbaħ l-24 Grand Slam tal-kaariera tagħha u l-ewwel wieħed mill-2017 s’issa.

Hi se tkun qed tilgħab kontra Elena Rybakina fir-rawnd li jmiss għall-post fil-kwarti tal-finali.

 

Miktub minn...
TVM Sport