Tennis
Tennis: Simona Halep tista’ tibqa’ barra mill-Palermo Ladies Open

Il-plejer numru tnejn fir-rankings mondjali tat-tennis, Simona Halep, tista’ tibqa’ barra mit-tournament Palermo Ladies Open li se jsir ix-xahar id-dieħel wara li l-Gvern Taljan ordna 14-il ġurnata kwarantina għal dawk li jidġħlu fl-Italja mir-Rumanija.

Halep, ta’ 28 sena, kienet se tipparteċipa f’dan l-ewwel tournament WTA minn meta waqaf it-tennis f’Marzu minħabba l-COVID-19.

Il-Palermo Ladies Open jibda fit-3 ta’ Awwissu li ġej.

L-organizzaturi tat-tournament talbu lill-Awtoritajiet Taljani biex il-plejers jiġi eżentati minn din il-Liġi iżda għad m’għandhomx l-ebda risposta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3. Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36…

Simona Halep rebħet l-Open tal-Italja wara li għelbet lis-seed numru tnejn Karolina Pliskova, b’tal-aħħar ikollha tirtira mil-logħba fit-tieni sett. Halep kienet b’saħħitha ħafna fl-ewwel sett tant li rebħitu 6-0, u…

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic rebaħ il-ħames titlu personali tal-Open tal-Italja meta t-Tnejn għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman fil-finali 7-5, 6-3. Dan kien is-36 unur tas-Serb fl-ATP Masters, rekord assolut tal-aqwa…

Aktar