
International Sports
Tennis: Sonego jissoprendi lil Djokovic
Is-seed numru wieħed Novak Djokovic ġie eliminat b’sorpriża mill-Open ta’ Vienna meta fil-fażi tal-kwarti tal-finali tilef kontra Lorenzo Sonego tal-Italja 6-2, 6-1. It-tennista ta’ 25 sena kien ferm kuntent b’din ir-rebħa mhux mistennija sabiex wettaq waħda mill-ikbar ħolmiet fil-karriera tiegħu. Min-naħa tiegħu, it-tennista Serb kien ferm diżappuntat wara din it-telfa iktar u iktar peress li ma rnexxielux jirbaħ set wieħed f’din il-logħba.