Tennis
Tennis: Stan Wawrinka eliminat fl-ewwel rawnd tal-Open ta’ Rotterdam

It-tliet darbiet champion tal-Grand Slam, Stan Wawrinka, safa eliminat fl-ewwel rawnd tal-Open ta’ Rotterdam minn Karen Khachanov b’sets ta’ 6-4 u 7-5.

Khachanov issa jilgħab fir-rawnd li jmiss kontra Cameron Norrie tal-Ingilterra.

Andrey Rublev avvanza wkoll wara li għeleb lil Marcos Giron tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-6 u 6-3. Din il-partita ħadet 78 minuta.

Sadanittant, Alex de Minaur għeleb b’faċilità lil John Millman 6-1 u 6-4.

F’partita oħra, il-Pollakk Hubert Hurkacz kellu 17-il ace biex għeleb lil Adrian Mannarino ta’ Franza b’sets ta’ 6-3 u 7-6.

Miktub minn...
TVM Sport