Tennis
Tennis: Stefanos Tsitsipas jegħleb lil Andrey Rublev fil-finali u jirbaħ il-Monte Carlo Masters

Stefanos Tsitsipas rebaħ il-Monte Carlo Masters meta fil-finali għeleb lil Andrey Rublev b’sets ta’ 6-3 u 6-3.

Il-partita damet sejra siegħa u 12-il minuta.

Il-plejer numru ħamsa rebaħ dan it-titlu mingħajr ma tilef sett wieħed.

B’din ir-rebħa, Tsistsipas ċaħħad lil Rublev mill-ewwel titlu tal-karriera tiegħu.

Il-Grieg issa jinsab fil-vantaġġ kontra l-istess Rublev b’dawk li huma konfronti diretti fil-karriera. Tsitsipas rebaħ erbgħa u Rublev rebaħ tlieta mis-seba konfronti diretti kontra xulxin.

 

Miktub minn...
TVM Sport