Tennis
Tennis, tournament ta’ Wimbledon: Serena Williams rebħa ‘l bogħod mill-24 titlu Grand Slam tal-karriera

Serena Williams għandha biss l-aħħar logħba, il-finali ta’ WImbledon ta’ għada kontra Simona Halep, biex tkun laħqet ir-rekord ta’ 24 titlu Grand Slam fil-karriera li s’issa qiegħed għand l-Awstraljana Margaret Court.

Williams ta’ 37 sena, se tkun diġà waqfet rekord ieħor hekk kif tibda l-logħba bħala l-aktar tennista ta’ età li qatt lagħbet f’finali ta’ Grand Slam.

Williams rebħet it-tournament ta’ WImbledon seba’ darbiet u rebħet l-ewwel darba dan it-titlu fl-2002 meta dakinhar għelbet fil-finali lil oħta Venus.

Fil-karriera tagħha Serena Williams rebħet seba’ Opens tal-Awstralja, sitt Opens tal-Istati Uniti, seba’ tournaments ta’ Wimbledon u tliet Opens ta’ Franza.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Presidenza Rumena u l-Knisja Ortodossa onoraw lil Simona Halep , iċ-champion tat-tennis femminili ta’ Wimbledon għall-unur li ġabet lejn pajjiżha wara r-rebħ tal-finali tas-Sibt li għadda kontra Serena Williams. Halep…

Tennis

Novak Djokovic huwa r-rebbieħ tat-tournament ta’ Wimbledon għal din is-sena wara finali li ħalliet lil kulħadd bla nifs u li damet sejra ħames sigħat. Novak Djokovic u Roger Federer kienu…

Tennis

Tennis: Simona Halep kitbet paġna ġdida fl-istorja ta’ Wimbledon hekk kif saret l-ewwel tennista Rumena li rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ dan il-Grand Slam b’rebħa f’żewġ sets ta’ 6-2, 6-2 kontra…

Aktar