Tennis
Tennis: Tsitsipas jegħleb lil Isner u jikkwalifika għar-raba’ rawnd tal-Open ta’ Franza

Is-seed numru 5, Stefanos Tsitsipas, kellu partita iebsa iżda għeleb lill-Amerikan John Isner b’setts ta’ 5-7, 6-3, 7-6 u 6-1 biex ikkwalifika għar-raba’ rawnd tal-Open ta’ Franza.

Tsitsipas, ta’ 22 sena, li rebaħ żewġ tornew maġġuri fuq it-tafal fil-karriera, se jkun qed jiltaqa’ kontra Pablo Carreno Busta ta’ Spanja fir-rawnd li jmiss.

Ir-Russu Daniil Medvedev għadda wkoll għar-raba’ rawnd tal-Open ta’ Franza wara rebħa kontra l-Amerikan Reilly Opelka b’setts ta’ 6-4, 6-2 u 6-4.

Medvedev għandu ċans jitla’ fl-ewwel post tar-rankings mondjali jekk jasal sal-finali ta’ pariġi u ma jagħmilx l-istess Novak Djokovic.

Ir-Russu jiltaqa’ fir-rawnd li jmiss kontra s-seed numru 22, Christian Garin.

Miktub minn...
TVM Sport